Il-bank HSBC nieda żewġ kanzunetti speċjali bħala parti minn sforz li qed jagħmel biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma.
Bl-isem “Water Life” u “Catch the Drop”, il-kanzunetti huma riżultat ta’ kampanja tal-Programm tal-Ilma, li l-HSBC qed twettaq madwar id-dinja.
Il-kanzunetti kienu kantati minn disa’ studenti li jattendu Our Lady of Immaculate School fil-Ħamrun.
Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta Mark Watkinson qal li ħafna drabi nikkunsidraw l-ilma bħala xi ħaġa li ma tiswa xejn. L-appell tiegħu hu biex ngħarrfu li s-sors tal-ilma, jekk ma nieħdux ħsiebu, ma jibqax għal dejjem u biex nagħrfu l-importanza tal-messaġġ ta’ dawn il-kanzunetti.
Fuq livell dinji, il-Programm tal-Ilma tal-HSBC qed jara l-investiment ta’ 100 miljun dollaru fuq ħames snin u qed isir bi sħab ma’ għaqdiet ambjentali bħal Earthwatch, Water Aid u WWF.
//= $special ?>