Internazzjonali

Żewġ pulizija f’New York maqtula f’qtil kiesaħ u biered

Ismaaiyl Brinsley ta’ 28 sena fetaħ in-nar fuq żewġ membri tal-korp tal-pulizija f’New York li kienu qegħdin fil-karozza tal-pulizija jagħmlu xogħolhom. L-inċident ħassad lill-Istati Uniti għall-fatt li jidher li l-motiv tal-qattiel kien mibgħeda qawwija kontra l-pulizija tant li fuq l-internet Brinsley kien tefa’ bosta messaġġi kontra l-pulizija.

Wara l-isparatura Brinsley qatel lilu nnifsu. Il-vittmi kienu Liu Wenjin ta’ oriġini Asjatika u Raphael Ramos li huwa ta’ oriġini Latina.

Il-President Barack Obama li bħalissa jinstab fuq btala f’Hawaii kkundanna l-qtil u qal li l-pulizija kollha jimmerithom ir-rispett u l-gratitudni ta’ kullħadd kuljum.

Il-Kummissarju tal-Pulizija f’New York Bill Bratton minn naħa l-oħra saħaq li l-pulizija kienu ġew maqtula mingħajr provokazzjoni fi qtil kiesaħ u biered.