Jaycee Chan, iben l-attur popolari tal-kung fu, Jackie Chan, kien akkużat mill-awtoritajiet Ċiniżi b’abbuż mid-droga.
Jaycee Chan, attur u kantant ta’ 32 sena, kien arrestat f’Beijing din is-sena wara li rriżulta pożittiv għall-mariwana, bil-pulizija tgħid li fil-pussess ta’ Chan instabu mitt gramma tad-droga fid-dar tiegħu.
L-attur Jackie Chan, ta’ 60 sena, serva bħala kelliem għar-rieda tajba għall-Kumitat Nazzjonali Kontra d-Droga fiċ-Ċina fl-2009, u ppromwova stil ta’ ħajja ħieles mid-droga.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada