Il-Korea ta’ Fuq heddet li twettaq attakki mhux speċifiċi fuq l-Istati Uniti, f’eskalazzjoni ta’ gwerra bil-kliem wara l-attakki bl-internet fuq il-kumpanija Sony Pictures.
Fi stqarrija, il-Korea ta’ Fuq wissiet li se jkun hemm attakki kontra l-White House, il-Pentagon u l-kumplament tal-Istati Uniti.
Il-Korea ta’ Fuq għandha storja twila ta’ theddid kontra l-Istati Uniti.
L-aħħar stqarrija saret wara li l-Istati Uniti akkużat formalment lill-Korea ta’ Fuq li qed torkestra attakk kbir bl-internet fuq Sony Pictures.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada t-Tlieta
Il-Korea ta’ Fuq: Thedded l-Istati Uniti
