Il-kantant veteran tar-rock Joe Cocker miet illum fl-età ta’ 70 sena. Għal dawn l-aħħar snin, Joe Cocker kien qed jiġġieled mal-marda qerrieda tal-kanċer.
Cocker, li ilu s-snin jagħti l-kunċerti madwar id-dinja u li kien ġie Malta fil-bidu tas-snin disgħin, jibqa’ mfakkar l-aktar għall-element uniku li kien jagħti lil din il-ġeneru ta’ mużika.
Il-verżjoni tal-kanzunetta klassika ta’ The Beatles “With a Little Help From my Friends” tibqa’ fost l-aktar li nbigħu tul is-snin.
Kanzunetti oħrajn li ġabulu suċċess kbir madwar id-dinja kienu “Unchain my Heart”, “You can Leave Your Hat On”, “Feeling Alright” u “You are So Beautiful”.
Aktar dettalji dalwaqt …
//= $special ?>