Il-Quddiesa tal-Milied ta’ nofs il-lejl ilha s-snin meqjusa fost l-isbaħ avvenimenti reliġjużi tal-aħħar tas-sena, iżda l-qassisin fir-Renju Unit jinkwetaw li t-tradizzjoni tista’ qed tmut mewta naturali minħabba ‘l-interventi tan-nies fis-sakra’ minbarra ‘l-aġir ta’ oħrajn li qed jinfexxu f’komportament xejn dinjituż waqt il-quddies’.
Stħarriġ mill-ġurnal Kattoliku, The Tablet, sab li madwar 50 entita ekklesjastika magħrufin bħala ‘deaneries'(li jinkludu l-gruppi tal-parroċċi lokali) naqqsu l-iskala ta’ din iċ-ċelebrazzjoni — bis-servizzi tal-Knisja ma jsirux inkella jitmexxew ‘il quddiem bis-sigħat.
Kien hemm anki każi fejn il-quddiesa tal-Milied tradizzjonali tmexxiet għall-5 p.m. fir-Renju Unit, bl-awtoritajiet tal-Knisja Anglikana qed ‘jirrealizzaw’ il-ħtieġa li jaħsbu fil-parruċċani anzjani li jkunu ansjużi li ma jittardjawx.
Spikkaw, intant, każi ‘uniċi’ fejn l-awtoritajiet reliġjużi kellhom iqabbdu l-bouncers biex jgħassu l-bibien tal-knejjes u l-kattidrali fejn jevitaw li n-nies li jkunu ħadu grokk żejjed jidħlu u jagħmlu xi ‘xenata’.
Il-Monsinjur David Hogan, tal-Knisja ta’ San Bernadette’s f’Nunthorpe, Middlesbrough, jikkalkula li, illum, anqas min-nofs il-parroċċi fiż-żoni tiegġu qed jiċċelebraw il-quddiesa ta’ nofs il-lejlg għal Lejliet il-Milied.
‘L-aħħar darba li żammejna mat-tradizzjoni kien hemm raġel f’sakra ma jarax art li għamel minn kollox biex jaqla’ l-bibien tal-knisja waqt li kienet għaddejja l-quddiesa,’ kien il-kumment xott tal-Monsinjur Hogan…
//= $special ?>