Fit-Tuneżija saret l-ewwel elezzjoni Presidenzjali ħielsa minn mindu li fl-2011 tneħħa d-dittatorjat tal-President Zine el-Abedine Ben-Ali. Din hija l-ewwel darba li l-poplu Tuneżin seta’ jivvota b’mod ħieles għall-President tiegħu sa’ mill-Indipendenza tat-Tuneżija minn Franza fl-1956. L-elezzjoni qed tkun meqjusa bħala l-aħħar pass tat-Tuneżija fil-mixja tal-pajjiż lejn id-demokrazija.
Għall-kariga ta’ President ikkontstew Moncef Marzouki – attivist dwar id-drittijiet tal-bniedem u li kien vittma ta’ eżilju mill-President Ben-Ali kif ukoll Beji Caid Essebsi ta’ 88 sena li kollox jindika li rebaħ l-elezzjoni hu. L-indikazzjonijiet li Essebsi rebaħ l-elezzjoni tat-Tuneżija waslet biex dan fl-aħħar ħin appella biex il-pajjiż issa jingħaqad għal stabbilta’.
Intant, ir-riżultat tal-‘exit polls’ li qed jindikaw li Essebsi rebaħ l-elezzjoni għadu ma ġiex rikonoxxut mir-rivali tiegħu Marzouki li qal li għadu kmieni wisq biex wieħed ibassar ir-riżultat tal-elezzjoni.
//= $special ?>