Internazzjonali

Jiddikjara rebħa fl-elezzjoni presidenzjali fit-Tuneżija

Il-politiku veteran Beji Caid Essebsi ddikjara rebħa fl-elezzjoni presidenzjali li saret nhar il-Ħadd. Din l-elezzjoni kienet meqjusa bħala l-aħħar pass fiċ-ċaqliqa tat-Tuneżija għad-demokrazija – erba’ snin wara li rewwixta neħħiet lil Zine El-Abidine Ben Ali mill-poter.

Ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni ħarġu lbieraħ u r-rivali ta’ Essebsi, Moncef Marzouki, irrifjuta li jikkonċedi telfa.

Iżda ftit wara li l-postijiet tal-votazzjoni għalqu, Essebsi, eks speaker tal-parlament ta’ 88 sena li serva taħt Ben Ali, ħabbar li hu kien rebaħ b’marġini ċara, u sostenituri ferħanin niżlu fit-toroq tal-kapitali u ċċelebraw, filwaqt li għajtu “Beji President!”
Ir-rebħa għal Essebsi se ġġiegħlu jikkonsolida l-poter, mal-partit sekulari ġdid, Nidaa Tounes li diġà qed jikkontrolla l-parlament wara li għeleb lill-partit Iżlamiku fl-elezzjonijiet leġiżlattivi li saru f’Ottubru.

Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada