Internazzjonali Kurżitajiet

L-Ispanjoli jistennew l-ikbar lotterija fid-dinja

Għaddejjin tħejjijiet fi Spanja biex tittella’ l-ikbar lotterija fid-dinja – premju ta’ €2.5 biljun li se jinqasam fost eluf ta’ ġukaturi.

L-għola premju għall-edizzjoni tal-lotterija El Gordo huma biljetti li se jrebbħu €400,000. Ħafna persuni li xtraw biljetti ta’ €20 se jieħdu magħhom ammonti iżgħar.

Għall-kuntrarju ta’ lotteriji li joffru jackpot kbir, il-lotterija tal-Milied fi Spanja tqassam rebħ lil eluf ta’ persuni.

Din hi l-aktar lotterija lik trebbaħ flus fid-dinja. L-Ispanjoli jissammru quddiem it-televiżjoni hekk kif il-premjijiet jitħabbru fi programm li xi kultant idum erba’ sigħat.

Qabel ma seħħet il-kriżi ekonomika fi Spanja fl-2008, ir-rebbieħa għamlu użu mill-flus li rebħu biex xtraw karozzi ġodda, djar fejn il-baħar jew vaganzi. Issa ħafna qed jużaw il-flus li rebħu biex iħallsu d-dejn.