It-tim tal-internazzjonali Malti Steve Camilleri, Circolo Canottieri 7 Scogli li jilgħab fil-Kampjonat A2 Girone Sud fl-Italja, fi tmiem il-ġimgħa kiseb rebħa importanti 10-6 għand Cagliari.
Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva ta’ 7 Scogli waqt li Cagliari baqgħu fl-aħħar post mingħajr punt. Min-naħa l-oħra 7 Scogli komplew jibdnu fuq ir-rebħa li kisbu kontra Promogest u issa telgħu fis-sitt post b’9 punti daqs Item nuoto Catania.
Steve Camilleri qed ikun protagonista ma’ 7 Scogli
Il-liders huma NC Civitavecvchia li għandhom 19-il punt sewgiti minn TELIMAR (15), Roma Nuoto (15), RN Nuoto Salerno (13) u CC Cortigia (12).
Għal darb’oħra protagonista assolut reġa’ kien il-Malti Stevie Camilleri li wara li tilef l-ewwel partiti tal-istaġun minħabba injury, issa jidher li rkupra tajjb ħafna u skorja ħames gowls fir-rebħa fuq Cagliari (0-1, 3-3, 1-4 u 2-2) bil-gowls l-oħra jaslu minn doppjetta ta’ Filippo Legrenzi u gowl kull wieħed minn Deni Zovko, Marco Toldonato u Mauro Bordone.
Camilleri kien wieħed minn fost erba’ plejers li fis-sitt ġurnata ta’ dan il-kampjonat skorjaw ħames gowls u bħalissa jinsab fl-ewwel post fil-lista tal-aqwa skorers ta’ dan il-kampjonat b’disa’ gowls