F’dawn il-jiem ta’ Festi, jidher li l-lokalità ta’ Tas-Sliema qed terġa’ tintlaqat minn mewġa ta’ serq, b’numru ta’ residenti jisfgħu vittma ta’ ħalliel jew ħallelin li jidħlu fid-dar jew fl-appartament tagħhom u jisirqu minn hemm. Residenti li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li diversi toroq f’Tas-Sliema, fis-Sajf li għadda diġà kienu l-mira ta’ ħalliel jew ħallelin li kienu tefgħu għajnejhom fuq djar u appartamenti biex fin-nuqqas tas-sidien tagħhom, daħlu fihom biex jisirqu.
Wara li dakinhar il-Pulizija kienu żiedu l-preżenza tagħhom, kif ukoll wara li n-nies li joqgħodu f’Tas-Sliema kienu għamlu attenzjoni akbar, dak is-serq kien naqas drastikament u nfirex f’lokalitajiet oħrajn, l-ewwel f’Ħ’Attard u mbagħad fil-Mellieħa. Issa jidher li fl-aħħar jiem, residenti f’Tas-Sliema lmentaw li xi ħadd kien irnexxielu jidħol fid-dar jew fl-appartament tagħhom għal skop ta’ serq.
Hu mifhum li b’dawn il-każi kienu infurmati wkoll il-Pulizija tad-Distrett u tad-Dipartiment Investigazzjonijiet Kriminali (DIK), li għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom.
//= $special ?>