Partick Dalli, ir-raġel tal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur Helena Dalli, ippreżenta żewġ libelli kontra l-ġurnalista ta’ The Times Caroline Muscat dwar għadd ta’ artikli li deheru fil-ġurnal imsemmi b’rabta mal-każ tal-farmhouse fiż-Żejtun.
Fl-ewwel libell huwa dwar artikolu miktub minn Muscat li deher fit-28 ta’ Novembru bit-titolu ‘Minister shuns questions over husband’s property’. Libell ieħor sar dwar artikoli li deheru fit-13, 16, 23 u 29 ta’ Novembru fuq l-istess każ.
Fil-libelli li ppreżenta, Patrick Dalli sostna li f’dawn l-artikoli huma saru allegazzjonijiet libellużi u malafamanti, li naqsu l-ġieħ tiegħu. Il-libelli ġew ippreżentati minn l-Avukat Edward Gatt.
//= $special ?>