Raġel li nstema’ jgħajjat ‘Allah hu Akbar’ kien arrestat fi Franza wara li saq il-vettura tiegħu f’folla nies.
Mill-inqas 13-il persuna ndarbu, tnejn minnhom serjament, wara li s-sewwieq kellu fil-mira tiegħu nies li kienu mexjin fit-triq, f’ħames zoni differenti fil-belt ta’ Dijon.
Xhieda qalu lill-pulizija li hu nstema’ jgħajjat ukoll li kien qed “jaġixxi għan-nom tat-tfal Palestinjani” matul dagħdija, li damet madwar nofs siegħa.
Dan il-każ seħħ jum wara li raġel ieħor, li wkoll instema’ jgħajjat ‘Allah hu Akbar’, ta daqqiet ta’ sikkina lil tliet pulizija fil-belt ċentrali ta’ Joue-les-Tours.
Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada
//= $special ?>