Waqt iż-żjara tal-President Marie Louise Coleiro Preca f’Għawdex, bħala parti mill-inizjattiva L-Istrina f’Għawdex, episodju wieħed żgur li se jibqa’ ttimbrat f’moħħ dawk kollha li għexuh.
Tifla żgħira li ġiet mgħejuna mill-Malta Community Chest Fund, il-fond li fih se jmorru l-flus tal-Istrina, għarfet lill-President u ħarbet tiġri lejha biex tgħannaqha.
Minn naħa tagħha l-President, viżibilment emozzjonata, refgħet lit-tifla u qattgħu mument qasir flimkien.
Kif jgħid il-qawl bl-Ingliż: A photo can speak a thousand words.
//= $special ?>