Aktar kumpaniji qed jingħaqdu biex jinġabru kemm jista’ jkun fondi b’risq l-Istrina. Fost oħrajn, il-qligħ kollu mis-sessjoni tal-Ġimgħa li għadda tal-Magic Circus Festival mar għal din il-kawża nobbli. Fiċ-Ċirku hemm diversi tipi ta’ spettakli, partikolarment minn illużjonista, li nġieb Malta b’mod esklussiv mill-organizzaturi taċ-Ċirku fil-Gżira.
L-ispettaklu tal-Ġimgħa li għadda, li inawgurat il-Magic Circus Festival f’Malta, kien iddedikat kollu kemm hu għall-Istrina. Rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra attendew għal dan l-ispettaklu biex jinġabru fondi għal min hu fil-bżonn. F’isem l-Oppożizzjoni attendew id-Deputat Jason Azzopardi u l-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia.
Iċ-Ċirku, li qed isir f’Manoel Island, se jibqa’ għaddej sal-Ħadd, 11 ta’ Jannar.
//= $special ?>