Sitt persuni huma maħsuba li nqatlu wara li trakk li jiġbor l-iskart tela’ bankina fi triq fi Glasgow fl-Iskozja u baqa’ dieħel f’ħafna nies li kienu qed jagħmlu x-xirjiet tagħhom għall-Milied.
Jidher li dak il-ħin kien hemm ħafna tfal li kienu fi triqithom lejn funfair.
Kelliem għall-Pulizija Skoċċiża kkonferma li kien hemm “inċident serju” f’George Square fi Glasgow qrib Queen Street Station.
It-trakk ħabat fil-ġenb tal-Lukanda Millennium, li hi qrib l-istazzjon.
Xi sitt ambulanzi marru fil-post tal-inċident, kif ukoll diversi pulizija u membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.
F’dan l-inċident indarbu diversi persuni u s-sewwieq tat-trakk baqa’ f’sensih, għalkemm qed jingħad li qabel ma seħħ l-inċident seta’ ġarrab attakk tal-qalb.
Il-pulizija Skoċċiza mhix qed tissuspetta li dan l-inċident kien xi attentat terroristiku.
//= $special ?>