Żewġ persuni fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta kellhom jiddaħħlu l-isptar isofru minn feriti gravi wara li għal xi raġuni ngħataw daqqiet b’arma bil-ponta u li taqta’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.20 ta’ filgħodu fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan. Mhux magħruf min attakka liż-żewġt irġiel.
L-irġiel, it-tnejn residenti f’Ħaż-Żebbuġ, iddaħħlu l-isptar u ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li ġew appuntati diversi esperti biex jassistu f’inkjesta Maġisterjali li qed issir.
//= $special ?>