Internazzjonali

Aktar attakki terroristiċi jistgħu jseħħu fl-Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott qal li żdiedu x-xnihat dwar it-terroriżmu mindu seħħ l-assedju f’kafetterija f’Sydney fil-jiem li għaddew.

Madankollu, il-livell ta’ theddid terroristiku se jibqa’ “għoli” u ma jaqbiżx għal dak “estrem”.

Sadattant, saru servizzi ta’ tifkira għaż-żewġ ostaġġi li nqatlu minn raġel armat matul l-assedju.

Tori Johnson u Katrina Dawson inqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar minn Man Haron Monis fi tmiem assedju li dam 16-il siegħa fil-kafetterija Lindt f’Martin Place. L-aggressur inqatel mill-commandos.

Ħafna mis-17-il ostaġġ, attendew il-funeral ta’ Tori Johnson, il-manager tal-kafetterija, f’St. Stephen’s Uniting Church.

Aktar minn 1,000 persuna wkoll marru servizz ta’ tifkira għal Katrina Dawson fl-Universita’ ta’ Sydney, fejn Dawson kienet tistudja l-Liġi.