Internazzjonali

Filmat: Il-Prim Ministru Belġjan attakkat biċ-chips u l-mayonnaise minn grupp ta’ attivisti nisa

Il-Prim Ministru Charles Michel

Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel spiċċa fil-mira ta’ attakk mhux tas-soltu minn grupp ta’ attivisti nisa fil-pajjiż.

Michel kien fil-mira ta’ attakk ta’ chips u mayonnaise waqt li kien qed jindirizza konferenza fil-belt ta’ Namur, fejn bħalissa qed isiru dimostrazzjonijiet qawwija kontra l-miżuri ta’ awsterità.

Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li n-nisa li attakkaw lill-Prim Ministru Belġjan huma membri mill-grupp Liliths.