Lokali

Filmat: It-tiżjin tal-Milied għand il-familja Sammut

Għall-familja Sammut il-Milied hu żmien speċjali. Iddur fejn iddur fir-residenza ta’ Miriam u Emidio Sammut issib tiżjin tal-Milied.

Staqsejnihom xi jfisser għalihom dan iż-żmien. Spjegawlna li t-tiżjin jibda jintrama f’Ottubru u ma jitneħħiex qabel Jannar,  fil-każ tal-kamra ta’ Daniel, iben il-koppja, it-tiżjin mill-kamra tiegħu jitneħħa biss fir-Randan, bil-patt u l-kundizzjoni li minflok jinħarġu l-affarijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.

U minkejja li d-dar imdawwra bit-tizjin, Emidio għadu jaħseb biex jakkwista iktar tiżjin.

Illum-il gurnata anke’ n-nies draw lil Daniel, u r-rigali tal-Milied tiegħu jkunu iktar tiżjin biex ikun jista’ jkompli jsebbaħ il-kamra tiegħu.