Lokali

Filmat: Kejk, opra t’arti b’karattri ta’ Disney

Tifftakruhom il-Karattri mill-films animati ta’ Walt Disney, Pinocchio, Snow White u s-seba’ nani u Mickey Mouse, Minnie Mouse, Donald Duck, Goofie u Pluto?

Dawn il-karattri tistgħu issibuhom fil-lukanda Radisson Golden Sands fuq struttura tal-ħelu. Struttura li saret mill-Kap Dulcier tal-istess Lukanda, Jimmy Aquilina u t-tim tiegħu li b’kollox qegħdin tnax.

Anke s-sena l-oħra saret struttura simili b’karattri differenti, fuq skala ikbar. Iżda din is-sena, spjegalna Jimmy Aquilina, għazlu li jaħdmu aktar fuq id-dettall milli fuq il-kobor.

Biex titlesta biċċa xogħol bħal din jibdew jaħsbu dwarha minn ħafna xhur qabel ix-xahar tal-Milied

B’kollox din l-istruttura tinkludi tmintax-il karattru kollha maħduma b’ċertu dettall u b’kollox Jimmy u t-tim tiegħu għamlu aktar minn mitejn siegħa xogħol.