Lokali

Filmat: Qabża f’baħar kiesaħ għall-karita’

Attivita’ oħra b’risq l-Istrina kienet il-qabża li għamlu fil-baħar membri tal-Għaqda Studenti Demokrisjani Maltin, l-SDM.

Din il-qabża li saret dalgħodu f’Tigne, Tas-Sliema hi parti mill-Project 7000 li hija sfida biex jinġabru 7000 b’risq l-Istrina.

Dalgħodu, numru sabiħ ta’ studenti membri tal-SDM qabżu fil-baħar b’temperatura ta’ 18-il grad celcius.

Studenti li tkellmu ma’ MaltaRightNow qalu li għalihom il-ftit bard li jħossu, l-aktar meta jitilgħu mill-baħar, m’hu xejn meta jafu li b’dik il-qabża qed jgħinu lill-ħaddieħor.

L-SDM qalet li l-membri tagħha għada se jkomplu jduru  mal-Belt Valletta, il-Floriana u Tas-Sliema biex ikomplu jbiegħu r-wristbands roża ta’ dan il-proġett. Dawn ir-wristbands jiswew 2 u ovvjament dan il-ġbir se jmur għall-Istrina.

Agħfas hawnhekk biex tara l-qabża tal-istudenti fil-baħar.

(Fil-filmat t’hawn fuq tistgħu ssegwu il-filmat uffiċjali tal-Project 7000)


il-grupp tal-istudenti sdm