Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu, t-Tlieta 23 ta’ Diċembru 2015.

IN-NAZZJON b’ritratt li juri sħab iswed fl-inħawi ta’ Marsaxlokk, bħal donnu jwissi li ġejja xi maltempata. Rapport ewlieni dwar kif il-Pulizija ma kellha l-ebda dritt tħalli għaddej l-iffirmjar ta’ kanzunetta li sar f’Mejju f’fabbrika privata u tagħti dettalji dwar dan il-każ.

L-ORIZZONT tirrapporta li raġel ta’ dixxendenza Maltija kien wieħed mill-persuni ostaġġi fl-assedju tal-kafetterija f’Sydney fl-Awstralja. Rappurtat ukoll li jeżistu mat-72 interessati f’solar farm f’Malta. Ir-rapport jgħid li Malta għandha bżonn talloka 2.7 kilometri kwadri għall-installazzjoni tas-solar farms.

THE MALTA INDEPENDENT – Ritratt li jispikka fil-faċċata u li juri l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca fil-ground Victor Tedesco għal logħba li saret bejn tim ta’ personalitajiet Maltin u tim magħmul minn residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. The Malta Independent tirrapporta wkoll dwar rapport tal-Ombudsman dwar każ li għandu x’jaqsam ma’ tindif li kien sar fil-bajja ta’ San Blas, u rapport dwar il-ftuħ taċ-Ċentru tal-Onkoloġija.

TIMES OF MALTA – Tirrapporta l-bdil fil-politika tal-Gvern li jiffoka fuq enerġija solari minflok enerġija mir-riħ. Il-faċċata b’ritratt ta’ Santa Klaws jagħmel ‘scuba diving’. F’rapport ieħor fil-faċċata, Times of Malta tagħti dettalji dwar park tal-għasafar li kellu jkeċċu xi impjegati wara li x-xogħolijiet tal-Coast Road imblukkaw l-aċċess għall-park.