Kmieni llum wara nofsinhar, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, temmet b’suċċess investigazzjoni dwar traffikar ta’ dak li hija suspettata bħala ħaxixa tal-Kannabis.
Ġuvni ta’ 26 sena, residenti Birkirkara twaqqaf ġewwa ż-Żejtun fejn wara tfittxija li saret f’baskett li kien qed iġġorr, instab li kien fil-pussess ta’ madwar nofs kilo ta’ ħaxixa suspettata ħaxixa tal-Kannabis.
Bħalissa l-ġuvni qed jinżamm arrestat sabiex jassisti lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.
Huwa mifhum li r-raġel ilu biss xahrejn barra mill-ħabs, fejn kien qed jiskonta sentenza marbuta ma’ reati ta’ serq.
Il-Maġistrat tal-Ġħassa Dott. Francesco Depasquale ġie infurmat bis-sejba u l-arrest, u ħatar diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta.
Il-ġuvni mistenni jitressaq il-Qorti.
//= $special ?>