Il-parlament tal-Ukrajna vvota biex iwaqqa’ l-istat ta’ non-alinjament tal-pajjiż u minflok jistinka biex jissieħeb fin-NATO.
Sergei Lavrov, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, fisser din id-deċiżjoni bħala waħda li se tkun qed iżżid it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Għadu mhux ċar meta l-Ukrajna se tapplika għal sħubija fin-NATO u ħafna uffiċjali jarawha bħala prospettiva li se tieħu t-tul.
Il-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko wiegħed li jsieħeb lil pajjiżu fin-NATO wara l-appoġġ Russu lejn is-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>