It-Taljani mhumiex se joqogħdu lura milli jonfqu l-flus fix-xampanja għall-Milied u fl-Ewwel tas-Sena, u dan minkejja kriżi ekonomika fil-pajjiż.
Skont l-Osservatorju dwar ix-Xampanji (OSCE), mistennija jinfetħu ftit inqas minn 50 miljun flixkun tax-xampanja, jew total ta’ madwar €420 miljun f’xampanja. Dan hu mqabbel mal-ispiża li saret is-sena li għaddiet, għalkemm ferm imnaqqsa mill-istaġuni tal-Milied tas-snin li għaddew.
Sadattant, it-talba għal xampanja Taljana qed tkompli tikber fis-suq internazzjonali, fejn il-bejgħ fl-aħħar tas-sena żdied minn 90 miljun sa 170 miljun flixkun f’14-il sena.
//= $special ?>