Raġel ta’ 31 sena sofra xi ġrieħi wara li ttajjar minn vettura fi Triq l-Mdina f’Ħaż-Żebbug.
Ir-raġel, minn Ħaż-Żebbuġ, ma kienx qed isuq vettura meta ttajjar minn mara ta’ 48 sena li kienet qed issuq karozza tat-tip ‘Toyota Corolla’. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15 ta’ filgħodu.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei madanakollu għad mhux magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
//= $special ?>