Internazzjonali

Se jiżdiedu r-rondi mill-pulizija u s-suldati fit-toroq ta’ Franza

L-awtoritajiet fi Franza se jkunu qed iżidu rondi minn pulizija u suldati f’zoni frekwentati mill-pubbliku wara l-attakki vjolenti li saru dan l-aħħar.

Il-Prim Ministru Manuel Valls qal li se jkunu qed jintbagħtu 300 suldat madwar il-pajjiż sabiex is-sigurtà tissaħħaħ matul il-festi tal-Milied.

L-attakki, li x’aktarx ma kinux relatati u li seħħew f’Nantes, f’Dijon u f’Tours ħallew aktar minn 20 persuna midruba.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada