Internazzjonali Saħħa

Testijiet fuq il-vaċċin kontra l-Ebola qed juru riżultati pożittivi

L-ewwel testijiet li qatt saru fuq vaċċin kontra l-Ebola qed juru riżultati pożittivi. Ix-xjenzati qed jgħidu li dan hu pass kruċjali hekk kif vaċċini oħrajn urew livelli baxxi ta’ protezzjoni f’popolazzjonijiet Afrikani.

Testijiet li involvew voluntieri Amerikani u mill-Uganda żvelaw li l-vaċċin s’issa qed iżomm u qed jiġġenera rispons tajjeb.

Il-virus tal-Ebola qatel aktar minn 6,900 persuna fl-agħar pajjiżi milquta ta’ Sierra Leone, tal-Liberja u tal-Guinea.