L-ajruport ta’ Frankfurt impona tfittxija manwali f’basktijiet tal-passiġġieri wara li spezzjoni għall-għarrieda sabet li armi perikolużi u oġġetti illegali oħrajn għaddew mis-sigurta’ bla ma nqabdu.
It-tmexxija tal-ajruport qalet li se tkun qed tħarreġ mill-ġdid eluf ta’ ħaddiema wara li l-investigazzjioni li saret mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru sabet li ħaddiema tas-sigurta’ ma kinux kapaċi jaqbdu affarijiet disinjati biex jixbħu armi tan-nar, splussivi u oġġetti perikolużi oħrajn fi scans bl-X-ray.
“Ħaddna azzjoni immedjata sabiex nassiguraw is-sigurta’ tal-passiġġieri,” qal Christian Altenhofen, kelliem għall-pulizija.
Id-dettalji kollha tat-tfittxijiet ma sarux pubbliċi. Iżda skont rapport fil-ġurnal Bild, jekk is-sigurta’ ma tissaħħaħx, jista’ jitneħħa l-istatus ta’ ajruport taz-Zona Schengen mill-Ajruport ta’ Frankfurt. Dan ikun ifisser li passiġġieri li jkunu qed jivjaġġaw minn dan l-ajruport, ikollhom jgħaddu minn tfittxijiet oħrajn tas-sigurta’ mal-wasla tagħhom f’ajruporti oħrajn fiz-Zona Schengen.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>