Lokali

Voxpop: Is-Super 5 u n-numri tal-ħolm

Minbarra li jinxtraw ir-rigali għall-Milied, xi libsa tal-okkazjoni, l-ikel għall-ikla tal-Milied, wieħed forsi wkoll jonfoq xi ħaga f’numri għat-tlugħ tas-Super 5.

Aktar u aktar meta b’biljett wieħed ikollok cans tirbaħ miljun u ħames mitt elf ewro.

Imma n-numri n-nies, jekk jixtru biljett kif jgħażluhom?

Ħafna qalulna li jgħażluhom bl-addoċċ.

Hemm dawk li n-numri jridu jfissru xi ħaga għalihom, bħall-etajiet tat-tfal jew inkella bilfors iridu jkunu numri zgħar.

Minn naħa tagħna nawguraw lir-rebbieħ jew rebbieħa tal-miljun u ħames mitt elf ewro tas-super five, dejjem jekk tintrebaħ.