Internazzjonali

100 sena anniversarju mill-ewwel ‘Waqfien mill-Ġlied fil-Milied’.

Kompromess bejn l-għedewwa tal-gwerra biex jieqfu mill-ġlied u jiċċelebraw flimkien it-twelid ta’ Ġesu Bambin.

 
Illum jaħbat il-100 sena anniversarju mit-‘Tregwa tal-Milied’, sensiela ta’ waqfien mill-ġlied li kienu mifruxa fil-Punent tal-Ewropa, waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, lejliet il-Milied tal-1914. Dan il-waqfien mill-ġlied ma kienx uffiċjali. Jingħad li f’dak il-jum suldati Brittaniċi u Franċiżi, qasmu t-trinek tagħhom u marru jitkellmu u jgħatu l-awgurju tagħhom lill-Germaniżi fin-no man’s land. Skont ħafna kienu l-Ġermaniżi li offrew il-waqfien mill-ġlied, hekk kif huma ramaw in-naħa tagħhom bis-siġar tal-Milied u bdew ikantaw innijiet tal-Milied. Oħrajn jgħidu li kienu l-Iskoċċiżi li kienu fil-kamp Brittaniku fejn bdew idoqqu ċ-ċirimeli (bagpipes) u li dan il-ġest serva li jkun hemm il-waqfien mill-ġlied. Matul dik il-lejla kien hemm ukoll is-smiegħ tal-quddiesa bil-Latin.

F’dik il-lejla kien hemm skambju ta’ bosta memorji u rigali. Wara matul dawk il-jiem kien hemm ċerimonji tad-dfin tal-vittmi u anke skambju tal-priġunieri tal-gwerra.

Matul il-jiem ta’ wara kienu bosta suldati li lagħbu logħba futbol bejniethom. Madanakollu din l-imġieba paċifika ma komplietx kullimkien, iżda xorta waħda kien hemm postijiet fejn ma riedux jibqgħu jiġġieldu ma’ xulxin. Infatti kien hemm battaljuni Brittaniċi u Ingliżi li spiċċaw fix-xejn minħabba li s-suldati tagħhom ma riedux jiġġieldu aktar. Il-Ġermaniżi iżda użaw tattika oħra fejn dawk il-battaljuni li waqfu mill-ġlied f’dik il-lejla intbgħatu lejn il-Lvant fi fruntieri mar-Russja.

Is-snin ta’ wara kien hemm sensiela ta’ waqfien mill-ġlied, iżda għas-sena 1915 u 1916 kien hemm pieni ħorox għal dawk li jieqfu mill-ġlied. Il-gwerra kienet saret dejjem aktar morra wara t-telf ta’ ħafna ħajjiet, kien hemm ħafna mwiet fil-battalji tal-Somme u Verdun. F’nofs l-Ewwel Gwerra ukoll ġew introdotti bil-goff il-gassijiet, gassijiet li kienu l-kawża ta’ ħafna mwiet.

(Fir-ritratt ta’ fuq suldati mill-kamp Brittaniku ta’ Northumberland Hussars, 7th Division jiltaqgħu mat-truppi Ġermaniżi)

suldati futbol