Lokali

FILMAT: Nirien kbar wara splużjoni f’appartament il-Qawra

Nirien kbar ħakmu appartament fis-sular ta’ fuq fil-Qawra. L-Inċident seħħ għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija, fi Triq Dawret il-Qawra qrib il-kumpless Sunny Coast.

photo 2(1)

In-nirien żviluppaw wara splużjoni ta’ ċilindru tal-gass. Fortunatament ħadd ma kien fil-bini fil-mument tal-isplużjoni. Ħadd ma jidher li ma weġġa’ f’dan l-inċident madanakollu xorta ttieħdu miżuri ta’ prekawzzjoni fosthom l-evakwazzjoni tal-lukanda Sunny Coast.

photo(4)

Fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.