Internazzjonali

Filmat: €1.64 miljun jinxterdu fit-triq f’Hong Kong

Filwaqt li f’Malta ħafna qed joħolmu li jkollhom Milied mill-isbaħ billi jirbħu mal-miljun ewro fil-lotterija, f’Hong Kong inqala’ kaos fi triq ewlenija wara li vann tas-sigurta’ xerred mal-€1.64 miljun f’karti tal-flus.

Immedjatament f’nofs ta’ din it-triq f’Wan Chai waqfu numru ta’ karozzi u bdew jinġemgħu għexieren ta’ persuni biex jiġbru l-karti tal-flus.

Il-Pulizija f’Hong Kong qed tappella għall-għajnuna iex jinstabu l-persuni li rnexxielhom jakkwistaw xi ftit minn dawn il-flus. Hu maħsub li ntilfu mal-€1.59 miljun ewro f’dan l-inċident.