Internazzjonali

Filmat: Qatta’ 7 sigħat fil-karozza tiegħu li kienet se tiġi towed

Xena kważi komika f’Birmingham, fl-Ingilterra, meta Matthew Sanders, raġel Brittaniku, ixxabbat mal-karozza tiegħu u poġġa fiha għal seba’ sigħat sħaħ. Dan kollu għaliex il-Pulizija kienu se jittowjawlu l-karozza li pparkja f’kaxxa riservata għal persuni b’diżabilta’.

Sanders qal li l-Pulizija kellhom kull dritt ituh multa, imma hu kellu ammont ta’ sigħat ċans biex ineħħi l-karozza qael tittieħed mill-Pulizija. Kompla li m’għandux il-fondi neċessarji biex iħallas għar-ritorn tal-karozza.

Għalhekk bdew seba’ sigħat sħaħ bit-trakk imwaħħal fil-post, bil-karozza fuqu u t-traffiku jinġema’ f’din it-triq traffikuża. Dan għaliex hu llegali li karozza tiġi ttowjata waqt li fiha jkun għad hemm xi persuni.

Tul dan il-ħin, ħabib ta’ Sanders beda jgħaddilu l-ikel u x-xorb li kellu bżonn.