Lokali

Filmat: Sorpriża mill-Forzi Armati ta’ Malta lix-xerrejja fil-Belt

Dawk li l-Erbgħa filgħodu kienu l-Belt Valletta, għaddejjin bix-xiri tal-aħħar għodwa qabel il-Milied kellhom sorpriża ħelwa grazzi għall-uffiċjali membri tal-Banda tal-Forzi Armati.

Grazzi għad-daqq ta’ dawn l-uffiċjali waqt flash mob spontanja, il-Forzi Armati rnexxielhom jisirqu ftit minuti tax-xerrejja, nisslu tbissima u offrew esperjenza mhux tas-soltu lill-persuni li tpaxxew b’din il-mużika ħelwa tal-Milied.