Mixgħul bil-lejl, it-Torri Eiffel hu wieħed mill-aktar dehriet impressjonanti fid-dinja. Hu simbolu tal-kapitali Franċiża.
Imma klawsola fir-regolamenti Ewropej dwar il-copyright tgħid li t-teħid u l-qsim tar-ritratti tat-torri filgħaxija huma fil-fatt vjolazzjoni li tista’ twassal lit-turisti biex iħallsu ċitazzjoni.
It-Torri Eiffel, li nbena fl-1889, jaqa’ fi ħdan post pubbliku, allura t-turisti jistgħu jiġbdu r-ritratti liberament matul il-jum.
Iżda d-dwal impressjonanti li jilluminaw l-attrazzjoni bil-lejl huma teknikament xogħol artistiku. Għaldaqstant jekk wieħed ‘jipproduċi’ mill-ġdid id-dehra tat-torri, għandu jġib permess mill-artist.
Ifisser ukoll li hu teknikament illegali li wieħed jaqsam ritratti tat-Torri Eifel fuq il-media soċjali, bħalma hu l-Facebook.
Filwaqt li li d-direttiva Ewropea tal-2001 dwar is-soċjeta’ tal-informazzjoni tgħid li ritratti ta’ xogħolijiet arkitettoniċi fi spazji pubbliċi jistgħu jittieħdu bla ħlas, il-klawsola tħallik fil-liberta’ li tagħmel li trid.
Pajjiżi bħall-Italja, il-Belġju u Franza għażla li jdaħħlu din il-klawsola fil-liġi nazzjonali tagħhom.
“L-ispettaklu bid-dawl hu protett bil-liġi,” sostna Dimitar Dimitrov, espert dwar il-policy għall-kapitli Ewropej Wikimedia fi Brussell.
Fil-websajt tagħha, it-Torri Eiffel jikkonferma li l-użu tar-ritratti hu suġġett għal ċertu restrizzjonijiet.
//= $special ?>