Internazzjonali Kurżitajiet

Il-kummerċ fit-tigri u f’annimali eżotiċi oħrajn minn Myanmar għaċ-Ċina qed jikber

Il-kummerċ fit-tigri u f’partijiet milli-iġsma ta’ annimali eżotiċi, minn Myanmar saċ-Ċina, kiber f’dawn l-aħħar snin.

Studju bażat fuq 20 sena ta’ ġbir ta’ tagħrif, irrapporta żieda partikularment f’Mong La, belt fi Myanmar li tinsab qrib il-fruntiera maċ-Ċina, fejn ħwienet li jbigħu tali prodotti tripplaw f’dawn l-aħħar tmien snin.

Partijiet minn tigra nstabu fi 80 fil-mija tas-surveys, u rrappreżentaw mill-inqas 200 tigra.

L-aktar partijiet komuni kienu minn leopardi, li b’kollox ammontaw għal madwar 480 annimal.

Ir-riżultati, li ġew pubblikati fil-ġurnal Biological Conservation, isaħħu stqarrijiet li ntqalu fil-passat li l-belt ta’ Mong La qed issir suq prinċipali għal annimali eżotiċi fir-reġjun għal prodotti li jiġu mill-bogħod bħal mill-Afrika.