Internazzjonali Kurżitajiet

IR-RENJU UNIT: L-aktar numri favoriti tal-lotteriji u aktar

1) Bħala medja r-rebbieħ tal-lotterija jixtri bejn erba’ u ħames karozzi – jew għalihom infushom, jew inkella għall-ħbieb u l-familja, filwaqt li għaxra fil-mija jixtru aktar minn għaxra.

2) 85 fil-mija tar-rebbieħa jagħżlu li jibqgħu anonimi.

3) Erba’ numri konsekuttivi ttellgħu fi tliet okkażjonijiet – l-aħħar darba fit-30 ta’ Novembru 2011, fejn in-numri kienu 13, 23, 24, 25, 26 u 30. F’lotterija li telgħet fi Florida fl-istess sena, madankollu, in-numri kienu 14, 15, 16, 17 u 18.

4) Wayne Elliot minn Deal, f’Kent, rebaħ premju kull ġimgħa għall-ewwel 26 tlugħ tal-Lotterija Nazzjonali.

5) Familja minn Tipton fil-West Midlands, rebħet tliet darbiet, b’valur totali ta’ 3.25 miljun Lira Sterlina.

6) L-akbar premju li ma ssarrafx kien mit-tlugħ ta’ Euromillions fit-8 ta’ Ġunju, 2012. Biljett li kien jiswa 63.8 miljun Lira Sterlina, inxtara minn ġukatur fiz-zona ta’ Stevenage u Hitchin.

7) 22 miljun persuna segwew hekk kif Noel Edmonds tella’ l-ewwel tlugħ, li ra seba’ rebbieħa tal-jackpot jirbħu 839,254 Lira Sterlina kull wieħed. L-ewwel miljunarju kien tħabbar is-Sibt ta’ wara.

8) Hemm erba’ magni għat-tlugħ tal-Lottu: Arthur, Guinevere, Lancelot u Merlin. Hemm ukoll tmien blalen tal-Lottu – innumerati 1-8.

9) L-akbar rebħa minn jackpot permezz ta’ biljett wieħed kien ta’ $590.5 miljun fil-Powerball tal-Istati Uniti, u ntrebaħ minn Gloria MacKenzie minn Zephyrhills, Flordia fl-2013.

10) L-aħbar tar-riżultati tħassret biss tliet darbiet – l-ewwel, bħala turija ta’ rispett wara l-mewt tal-Prinċipessa Diana; it-tieni, b’rispett għall-mewt tar-Reġina Omm, u t-tielet, biex tfakkar l-ewwel anniversarju tal-11 ta’ Settembru.

11) Ir-Reġina kienet rebħet 10 Liri Sterlina fl-ewwel Lotterija.

12) L-aktar ballun tal-Lottu li tela’ kien it-38 – dan hu aħdar u kien tela’ 314-il darba sa mill-1994.

13) Tmintax-il film finanzjat mil-lotterija, li jinkludu The King’s Speech u Billy Elliot, rebħu t-total ta’ 31 premju Bafta u 15-il premju Oscar.

14) F’Settembru tal-2009, investigazzjoni kienet tnediet mill-awtoritajiet fil-Bulgarija wara li l-istess sitt numri kienu telgħu f’żewġ rawnds konsekuttivi tal-lotterija nazzjonali. Fl-ewwel tlugħ, ħadd ma rebaħ il-premju. Fit-tieni tlugħ, 18-il persuna qatgħu l-istess numri li dehru għal darb’oħra. Ilkoll rebħu 10,164 leva.

15) F’Euromillions, lotterija li tnediet fi Frar tal-2004, għandek ċans ta’ wieħed minn 13 li tirbaħ premju.

16) Birmingham għandu l-akbar numru ta’ miljunarji tal-Lotterija Nazzjonali, segwit minn Glasgow, Newcastle-upon-Tyne u Belfast.

17) 99 fil-mija tar-rebbieħa li ħadu sehem f’survey, għadhom jilgħabu l-Lotterija Nazzjonali wara li kienu rebħu, b’70 fil-mija jgħidu li huma konvinti li jerġgħu jilgħabu.

18) 70 fil-mija ta’ miljunarji mil-Lottu jibdlu d-dar, iżda mhux ‘il bogħod. Fost dawk li jiċċaqilqu, 65 fil-mija jibqgħu fl-istess villaġġ jew belt jew f’distanza ta’ ħames mili, u 13 fil-mija oħra jiċċaqilqu sa għaxar mili ‘l bogħod.

19) Statistikament, l-aktar numri li x’aktarx jitilgħu rebbieħa huma 38, 23, 31, 25, 43, 33 u 44. Minkejja dan, l-aktar numri komuni magħżula huma inqas minn dawn – primarjament għax in-nies jagħżlu d-dati tat-twelid jew l-anniversarji tagħhom.

20) 70 fil-mija tal-adulti Ingliżi, jiġifieri aktar minn 32 miljun persuna, jilgħabu l-lotterija fuq bażi regolari.

21) L-inqas numru li tela’ fl-istorja tal-Lotterija Nazzjonali hu t-13.