Internazzjonali

L-ISIS iniżżlu ajruplan militari

L-ISIS aktarx niżżlu ajruplan militari, tal-Ġordan, b’missila.
Mhux magħruf jekk l-ajruplan tniżżel b’missila jew minħabba xi ħsara. Il-każ seħħ waqt bumbardament madwar Raqqa, il-belt meqjusa l-kapitali tal-grupp militanti Iżlamiku.
L-ISIS poġġa ritratti fuq l-Internet li juru l-bdot imdawwar minn ġellieda armati. Il-bdot kien identifikat bħala Moaz Youssef al-Kasasbeh u ilu bdot bil-Qawwa tal-Ajru tal-Ġordan għal dawn l-aħħar sitt snin u f’Ġunju kien iżżewweġ.
Il-Ġordan hu wieħed mill-pajjiżi li qed jipparteċipa f’attakki mill-ajru kontra l-ISIS fis-Sirja.