Qatt rajt presepju b’tema Maltija? B’binjiet tipiċi Maltin u b’pajsaġġ Malti?
Dan huwa l-presepju mħejji mill-Għaqda Mużikali Sant’Andrija f’Ħal Luqa, bis-sehem ta’ Charles Attard u grupp sħiħ ta’ dilettanti tal-presepju.
Il-presepju fih ukoll numru ta’ pasturi b’ilbies tipiku Malti, fosthom bid-daqqaqa u s-sajjied, xogħol Jesmon Micallef.
Dan huwa t-tieni presepju ta’ dan it-tip imħejji mill-Għaqda Mużikali Sant’Andrija, u l-organizzaturi ma jeskludux li jħejju presepji oħrajn ta’ din ix-xorta fis-snin li ġejjin.
//= $special ?>