Studenta kissret silenzju ta’ 19-il sena u żvelat li hi kienet it-tarbija tas-serje televiżiva għat-tfal – Teletubbies.
Jess Smith, minn Chatham, Kent, intgħażlet biex tkun ‘it-tarbija xemx’ tidħaq u tħares fuq Teletubbyland, meta hi kellha biss disa’ xhur.
Is-serje kienet kisbet suċċess madwar id-dinja u Jess Smith, li llum hi studenta taż-żfin f’Canterbury Christ Church University, saret wieħed mill-aktar uċuh famużi fid-dinja – iżda l-familja tagħha biss kienet taf li kienet hi.
Kien hemm xnihat li l-identita’ vera tat-tarbija kienet Jessica Smith oħra – l-attriċi ta’ 27 sena tas-sensiela Laguna Beach.
Iżda s-sinjorina Smith issa marret fil-pubbliku u tkellmet għall-ewwel darba dwar ir-rwol tagħha fis-serje televiżiva li inkludiet il-karattri Tinky Winky, Dipsy, Laa Laa u Po.
//= $special ?>