Innu tal-Milied li wassal biex kien hemm waqfien mill-ġlied fuq il-Western Front matul l-Ewwel Gwerra Dinjiija, intgħażel bħala l-aktar innu favorit fl-Ingilterra.
L-innu Silent Night (O Lejl ta’ Skiet, Lejl tal-Milied) laħaq il-quċċata ta’ opinjoni pubblika annwali dwar l-aktar innijiet favoriti tal-Milied, għall-ewwel darba fi 12-il sena.
L-innu nstema’ f’ħafna tifkiriet tal-mitt sena mindu seħħ il-waqfien mill-ġlied fil-Milied tal-1914.
Is-smigħ ta’ suldati Ġermaniżi jkantaw l-innu fit-trunċieri tagħhom wassal biex seħħ dan il-waqfien mill-ġlied. L-avversarji spiċċaw biex iltaqgħu mal-Ġermaniżi f’no man’s land għal logħba futbol.
//= $special ?>