Lokali

Voxpop: Is-Super 5 u l-bejgħ fil-ħwienet

Miljun u ħames mitt elf ewro, is-somma li tista’ tintrebaħ illum fis-Super 5.

Ħafna jkunu dawk li jittantaw xortihom billi jixtru biljett u forsi anke tnejn.

Imma sfortunatament dejjem ikun hemm dawk li jew għax għandhom il-vizzju tal-logħob jew inkella biex iżidu b’ħafna ċ-ċans li jirbħu s-Super 5, jispiċċaw joqogħdu nieqsa mill-affarjiet essenzjali ta’ kuljum.

Xi wħud jgħidu li meta l-jackpot tas-Super 5 ikun għoli ħafna, l-ħwienet iħossu l-effett għaliex il-bejgħ xi ftit jonqos. Tgħid veru?

Għalhekk nisperaw li l-ġurnata ta’ lejlet il-Milied tkun speċjali għal dawk li jirbħu s-Super 5. B’hekk xi ħadd isir miljunarju u l-ħwienet jergħu jieħdu r-ruħ fejn jidħol bejgħ.