Il-Pulizija qed iżżomm 15-il persuna wara li naqbdu b’pussess ta’ droga li aktarx hi kokaina u ħaxixa tal-Kannabis.
Il-persuni nqabdu waqt li l-Pulizija kienu qed jagħmlu spezzjonijiet f’numru ta’ postijiet ta’ divertiment.
Tnejn mill-persuni miżmuma mill-Pulizija huma barranin, persuna mill-Palestina u persuna mill-Italja.
L-etajiet tal-persuni kollha li nqabdu bil-pussess tad-droga jvarjaw minn 17-il sena sa’ 35 sena.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>