ATLETIKA MARATONA SPINOLA: Numru rekord ta’ 667 atleti ħadu sehem fit-tiġrija anwali ta’ 17 punt 4 kilometru magħrufa bhala l-‘Imdina two Spinola’li saret fi tmiem il-ġimgħa.
Din it-tellieqa, li kif jixhed isimha tibda minn quddiem l-Imdina, tgħaddi mir-Rabat lejn Ħat-Attard, l-Imriehel, Fleur de Lys, l-Hamrun, Blata l-Bajda lejn il-Ferry f’Tas-Sliema minn fejn imbagħad l-atleti jitilgħu lejn il-bajja ta’ Spinola.
Din is-sena kienet is-seba edizzjoni konsekuttiva ta’ din it-tiġrija li fiha jista jieħu sehem kulmin għalaq is-17-il sena li fiha żdiedu l-parteċipanti bl-iżgħar tnejn ikunu ta’ 18-il sena waqt li l-akbar parteċipant kien Anthony Azzopardi ta’ 70 sena. L-akbar mara kellha 66 sena.
B’kollox ħadu sehem 466 raġel u mitejn u waħda nisa.
Ir-rebbieħ tat-tiġrija kien Jonathan Balzan li temm quddiem sieħbu tal-istess klabb ta’ St. Patrick Clive Gerada waqt li r-rebbieħ tas-sena l-oħra Mark Herrera temm it-tielet.
Joe Micallef li jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din it-tiġrija qal li din l-attività qed tikber minn sena għal oħra għaliex l-uniku restrizzjoni hi li l-atleti jridu jtemmu d-distanza f’anqas minn sagħtejn u nofs waqt li ħafna jużawaha bħala preparazzjoni għall-Maratona u n-Nofs Maratona ta’ Malta.
Interessanti l-fatt li din it-tiġrija ilha ssir kull sena sa mill-1979 u waqt li dejjem żammet l-istess rotta, huma biss 43 l-atleti fl-istorja li qatt għamlu d-distanza f’anqas minn siegħa. L-aktar fosthom hu r-rebbieħ ta’ din is-sena Jonathan Balzan.
//= $special ?>