L-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic, li għall-aħħar sena u nofs kien plejer ta’ Mosta F.C., issa ngħaqad uffiċjalment ma’ Balzan F.C. wara li ffirma kuntratt ta’ tliet snin u nofs.
Kaljevic, li għandu 28 sena, mistenni jkun akkwist importanti għal Balzan li jinsabu fir-raba’ post tal-Kampjonat Premier u qed jimmiraw li jtemmu l-istaġun mal-ewwel erbgħa biex b’hekk ikunu kisbu riżultat storiku.
Kienet il-paġna tal-programm sportiv ta’ Net Television, Replay (Net Television), li l-Erbgħa filgħodu żvelat li kienet għaddejja trattattiva bejn iż-żewġ klabbs, u iktar tard ħabbret li kien intlaħaq ftehim għal dan it-trasferiment.
Finalment kienu Mosta F.C. li ħabbru b’mod uffiċjali dan it-trasferiment il-Ħamis filgħaxija.
Iktar dettalji dwar ix-xena sportiva lokali fuq Replay (Net Television)
//= $special ?>

