Lokali

FILMAT: X’kien xogħol il-Pulizija f’Lejliet il-Milied u fil-Milied?

Waqt li bosta jgawdu l-Milied mal-familja, xi ħaddiema jqattgħu l-Milied mal-kollegi tax-xogħol hekk kif anke f’Jum il-Milied tkompli l-ħidma tagħhom.

Fost dawn hemm il-Pulizija li jkunu impenjati ħafna f’dawn iż-żminijiet.
Ara l-filmat t’hawn fuq b’kummenti tas-Surġent Lorna Mifsud dwar il-ħidma li kellha l-Pulizija fl-Għassa ta’ San Ġiljan f’Lejliet il-Milied u fl-ewwel sigħat ta’ Jum il-Milied.