X’qed nagħmlu biex ikollna soċjeta’ inklussiva, ta’ tolleranza, solidarjeta’, paċi u ħniena?
Mistoqsija li għamel l-Amministratur Appostoliku ta’ Malta Monsinjur Charles J. Scicluna li fil-messaġġ tiegħu tal-Milied appella għal soċjeta’ aktar inklussiva u li tilqa’ lil kulħadd.
Qal li anke’ l-għar kien miftuħ għal kulħadd li laqa’ fi ħdanu lir-ragħja u lil dawk emarġinati fis-soċjeta’ u dan ifisser li Ġesu’ jilqa’ lil kulħadd.
Charles J. Scicluna qal li aħna wkoll għandna nkunu inklussivi u niftħu l-qalb tagħna għal kulħadd u għandna nistaqsu lilna nfusna jekk matul din is-sena ftaħniex qalbna għal nies li forsi ma naqblux magħhom jew li narawhom differenti minnha?
Fil-messaġġ tiegħu, Charles J. Scicluna semma wkoll dak li kien seħħ fl-1914 meta għedewwa tal-Ewwel Gwerra Dinija waqfu mill-ġlied u ċċelebraw il-Milied flimkien u qal li dan għandu jkun l-ispirtu tal-Milied ta’ paċi u tolleranza li jispirana.
//= $special ?>