F’Jum il-Milied tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-eks plejers ta’ Floriana FC u l-‘Pic Malta’ fost l-oħrajn, Andrea Bartolo magħruf bħala d-‘Dindu’. Huwa kellu 94 sena.
Huwa beda l-karriera ma’ Valletta Prestons fejn kien jilgħab bħala attakkant. Meta xolja l-klabb wara li ġie relegat, kien ingħaqad ma’ Floriana FC fejn dam għal snin twal sakemm temm il-karriera.
Kien ukoll jifforma parti mis-selezzjoni tal-MFA fejn kien jilgħab fl-istess ta’ tim ma’ Salvino Schembri u Tony Nicholl fost l-oħrajn.
Huwa ħalla jibku t-telfa tiegħu lill-martu Georgia u lill ħames uliedu Charlie, Pawlu, Mary, Anna u Josephine u neputijiet tagħhom.
L-aħħar tislima lil Bartolo se tingħata s-Sibt fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju, il-Floriana, fid-9 a.m.
//= $special ?>


